Barcelona lesti biex jakkwistaw lil Eriksen

Il-klabb ta’ Barcelona ser jippruvaw jakkwistaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Tottenham Christian Eriksen.
Dan kollu żvelah is-sit Spanjol Don Balon fejn minkejja illi l-Katalani kienu qed jissemmew li jistgħu jixtru lil Mesut Ozil u Philippe Coutinho, huma jemmnu illi l-plejer internazzjonali Daniż jista’ jkun alternattiva tajba għal dawn it-tnejn.
Meta marru jaraw lil dan il-plejer fil-belt ta’ Londra, l-iskawts ta’ Barcelona kienu mpressjonati bil-kwalitajiet ta’ dan il-plejer u mistennija żviluppi pożittivi fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tiegħu sa minn Jannar li ġej.
Eriksen għandu 25 sena u qabel ma ġie akkwistat mill-Ispurs kellu esperjenza wkoll ma’ Ajax Amsterdam.