​Barcelona jsegwu lil Rodrygo

Il-faċċata tal-gazzetta Katalana Sport fetħet b’artiklu interessanti fuq is-suq tat-trasferimenti li jmiss ta’ Barcelona fejn jidher ċar illi d-diriġenti Blaugrana qegħdin isegwu b’interess il-progress tal-istilla Brażiljana ta’ 17-il sena Rodrygo.
Dan tal-aħħar jilgħab ma’ Santos illi jinsabu fid-disa’ post tal-kampjonat tas-Serie A Brażiljana.
Sadanittant xi scouts mill-klabb Katalan marru jaraw lil dan il-plejer jilgħab fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn Santos ġew megħluba minn Bahia barra minn darhom u impressjona ferm fl-74 minuta li lagħab.
Dan il-plejer jilgħab bħala attakkant u diversi ġurnalisti Brażiljani qed jarawh bħala talent futur kbir.