​Barcelona jridu lil Herrera

Barcelona qed jippreparaw mossa f’Jannar li ġej hekk kif huma interessati fil-plejer ta’ Manchester United Ander Herrera.
Skont Don Balon, il-Katalani identifikaw lil Herrera bħala s-sostitut futur tal-veteran Andres Iniesta. Huma se jippruvaw jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni fil-kuntratt tal-plejer ta’ 28 sena.
Herrera huwa plejer Spanjol illi ilu ma’ Manchester United għal dawn l-aħħar tliet snin. Huwa lagħab 91 darba bil-flokk aħmar u skorja 10 gowls.
Fil-passat kellu esperjenzi ma’ Real Zaragoza u Athletic Bilbao.