Barcelona jitilfu kontra Bilbao

Gowl sublimi tal-attakkant ta’ 38 sena Aritz Aduriz kien biżżejjed biex Athletic Bilbao kisbu tliet punti kontra Barcelona. Il-logħba kienet l-ewwel waħda li fetħet l-istaġun Spanjol ta’ La Liga. Barcelona spiċċaw biex lanqas ħadu punt meta s-sostitwit Aduriz sab ix-xibka b’gowl sabiħ fid-89 minuta.

Wara l-logħba Aduriz qal li xi drabi l-futbol hu veru sabih, meta l-inqas tistenna jaf jasal ballun f’saqajk u jispiċċa fix-xibka. Min-naħa ta’ Barcelona, Luis Suarez u Rafinha, it-tnejn irnexxielhom jolqtu l-lasta.

B’Messi ma’ jistax jilgħab minħabba li weġġa’ l-pexxun u b’Coutinho nieqes minħabba li jaf jingħaqad ma’ Bayern Munich fuq loan, qalgħu daqqa’ ta’ ħarta oħra meta sa qabel nofs il-logħba weġġa’ Suarez.