Barcelona jippreżentaw lil Boateng bħala l-aħħar akkwist tagħhom

Kevin-Prince Boateng ingħaqad b’self ma’ Barcelona mingħand Sassuolo sa tmiem l-istaġun u l-klabb Katalan għandu l-opportunita li jbiddel it-trasferiment f’wieħed permanenti għal madwar €8m.

L-eks plejer ta’ AC Milan, Tottenham Hotspurs u Portsmouth lagħab għal staġun f’La Liga meta kien ma’ Las Palmas qabel ingħaqad ma’ Eintracht Frankfurt fl-2017. Matul l-istaġun attwali, hu skurja 5 gowls fi 15-il logħba ma’ Sassuolo u nxtara minn Barcelona sabiex jieħu post Munir El Haddadi li mar jilgħab ma’ Seville.

F’intervista ma’ Sky Sport Italia, Boateng sostna:

“Ninsab naqra mnikket illi tlaqt klabb professjonali bħal dak ta’ Sassuolo u kien diffiċli nsellem lil kulħadd illum, anke jekk Barcelona huwa wieħed mill-aqwa klabbs fid-dinja.”