Barcelona jiċħdu li Dembele se jingħaqad magħhom

Rapporti li l-Franċiż Ousmane Dembele jista' jkun is-suċċesur possibli ta' Neymar, li se jkun qed iħalli lil Barcelona, ġew miċħuda kemm minn Barcelona kif ukoll minn Borussia Dortmund.
Il-kowċ ta' Borussia Dortmund, Peter Bosz, m'għandu l-ebda problema li Ousmane Dembele jingħaqad ma' Barcelona wara li l-winger Franċiż sar magħruf li jista' jieħu post Neymar ma' Barcelona.
Dembele ġie ddentifikat li jista' jieħu post Neymar, madankollu Barcelona huma tal-fehma li dan il-plejer mhux denju li jieħu post l-istilla Brażiljana.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.