​Barcelona jibqgħu jippersistu għal Coutinho

Barcelona għadhom ma qatgħux qalbhom illi jakkwistaw lill-attakkant ta’ Liverpool Philippe Coutinho.
Wara żewġ offerti li ġew imċaħħda mill-club Ingliż, id-diriġenti Spanjoli qegħdin jaħsbu biex jinkludu offerta ta’ flus bl-inklużjoni ta’ plejer.
Dan il-plejer jista’ jkun il-Kroat Ivan Rakitic li għalhekk dejjem jekk Coutinho jinxtara, jista’ jista’ jsir plejer ta’ Liverpool. Min-naħa tiegħu Rakitic qed jevalwa din il-possibilta’ li tarah jiċċaqlaq wara tliet snin mal-Katalani.