Barcelona jħarsu lejn Di Maria bħala sostitut denju għal Neymar

Barcelona għadhom fit-tfittxija tas-sostitut ta’ Neymar hekk kif mhux qed isibuha faċli li jakkwistaw iż-żewġ plejers li kellhom f’moħħhom, Philippe Coutinho mingħand Liverpool u Ousmane Dembele mingħand Borussia Dortmund.
Skont il-gazzetta Spanjola Marca, il-Katalani qed iħarsu lejn it-tielet possibiltà li tista’ tkun Angel Di Maria, il-plejer ta’ Paris St Germain li se jkun diffiċli li jsib postu dan l-istaġun bil-kompetizzjoni li hemm fl-ewwel ħdax tat-tim Franċiż immexxi minn UnaiEmery. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.