Barcelona jagħmlu offerta għal Moussa Dembele

Il-ġganti tal-futbol Spanjol, Barcelona ppreżentaw offerta ta’ €90 miljun flimkien ma’ xi flus bonus fit-tentattiv illi jakkwistaw lil Moussa Dembele mingħand Borussia Dortmund.
Dawn tal-aħħar qegħdin jevalwaw l-offerta li tista’ anke tiżdied sa 130 miljun ewro skont sit tal- futbol Ġermaniż.
Jidher illi fis-sigħat illi ġejjin Dembele jista’ jmur Barcelona flimkien mal-aġent tiegħu sabiex jinnegozjaw dan it-trasferiment li jidher imminenti.