Barcelona ħerqana biex jakkwistaw lil Thomas Lemar

Barcelona daħlu fit-taqtigħa biex jakkwistaw lill-winger ta’ Monaco Thomas Lemar.
Wara li l-Katalani biegħu lil Neymar, huma xeħtu ħarsithom fuq il-player żagħżugħ ta’ 21 sena fejn qed jikkunsidrawh bħala dak li jista' jieħu post l-istilla Brażiljana.
Lemar li jilgħab l-iktar mal-linja xellugija diġà attira l-interess ta’ diversi klabbs fosthom Arsenal, li għamlu tliet offerti għalih, Manchester United kif ukoll Liverpool.
Thomas Lemar ilu ma’ Monaco sa mis-sena 2015 fejn skorja 14-il gowl f’61 partita. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.