Barcelona għatxana għal Hazard

Barcelona huma ferm għatxana biex jiksbu s-servizzi tal-Belġjan Eden Hazard għas-somma ta’ €120 miljun. Anke r-rivali Real Madrid qegħdin jiġru wara l-plejer ta’ Chelsea bl-istess offerta bil-kowċ Antonio Conte li jidher rassenjat li jitilfu mill-iskwadra. 
Hazard ilu ma’ Chelsea għal dawn l-aħħar ħames snin u kellu esperjenza wkoll mal-klabb ta’ Ligue 1 Lille. Sadanittant l-istess Katalani huma lesti li jinnegozjaw dan it-transfer billi jdaħħlu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Sergi Roberto li eventwalment joffruh lil Chelsea.