Barċellona wara Christensen

Barċellona qed jikkunsidraw li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Chelsea, Andreas Christensen, skont ma rrappurtat il-gazzetta Ingliża The Daily Mirror.
Id-difensur ċentrali qed ikun plejer regolari fit-tim ta’ Antonio Conte u saħansitra rnexxielu jieħu post plejer ta’ esperjenza bħal David Luiz.
Dan kollu ma ħarabx l-għajnejn tal-Katalani illi qed jaraw lil Christensen bħala dak il-plejer illi għandhom bżonn sabiex isaħħu dejjem aktar l-iskwadra tagħhom.
Minkejja dan l-interess qawwi, Chelsea mhux ser iħallu lil dan il-plejer jitlaq bid-diriġenti Ingliżi lesti illi joffrulu tiġdid fil-kuntratt tiegħu filwaqt illi jiżdiedlu s-salarju preżenti.