Barbier f’Wales jaqta’ xagħar ta’ tifel mimdud fl-art

Barbier f’Wales irnexxielu jaqta’ x-xagħar ta’ tifel li jbati bl-awtiżmu u kawża ta’ dan kien jibża jpoġġi bilqiegħda.
Omm it-tifel ħaditu fil-ħanut ta’ James f’Wales peress li dan il-barbier hu magħruf li jmur tajjeb mat-tfal.
Filfatt, James kellu jintefa’ mal-art bħat-tifel biex ikun jista’ jaqtagħlu xagħru.
L-omm kienet sorpriza ħafna li l-barbier irnexxielu jagħmel xogħlu għaliex qalet li t-tifel tagħha kien ilu ma jaqta’ xagħru sew għal tliet snin minħabba li kien jibża’ jpoġġi bilqiegħda.