Barbara Streisand tagħti parir lil Ariana Grande

Ariana Grande bħalissa qed tagħmel tour madwar id-dinja. Iżda dan l-aħħar qed tbati minn kundizzjoni tas-sinus li qed jaffettwalha griżmejha u rasha. Hija kitbet lill-fans tagħha li tinsab vera ħażina u jaqsmilha qalbha taħseb li minħabba fil-kundizzjoni tagħha jkollha tħassar xi kunċerti.

Il-kantanta ta’ 26 sena nhar is-Sibt kitbet li ‘griżmejja u rasi għadhom juġgħuni ħafna. Waqt li nidher li jien tajba madankollu l-ħin kollu ninsab muġugħa u jkun ta’ tbatija kbira li nieħu n-nifs waqt ix-show. Nixtiq inkun naf x’inhu jiġri lill-ġismi bħalissa.

“Qed nibża’ li jista’ jkun li jkolli nħassar xi wirjiet,” kitbet, “u ninsab vera mħawda għax ma nistax nifhem x’qed jiġrili. Issa ilni tliet ġimgħat sejra hekk.”

Il-kitba tagħha waslet anki għand il-kantanta Barbara Streisand. Minnufih din bagħtet Twitter lil Ariana Grande u kitbitilha hekk: “Ixrob xarba b’ħafna vitamina C ma’ ftit għasel u naturalment xi ftit soppa tat-tiġieġ.”

Minn naħa tagħha Ariana kitbitilha lura u qaltilha li tirringrazzjaha għal qalb tajba tagħha u li se żżommha nfurmata dwar dak li kienet għaddejja minnu.