Barack Obama: Malta hi xempju tad-demokrazija

Il-President Amerikan Barack Obama ddeskriva lil Malta bħala xempju tad-demokrazija, ta' prosperità u ħelsien fir-reġjun Mediterranju.

Waqt l-ewwel laqgħa mal-Ambaxxatriċi Maltija fl-Istati Uniti Marisa Micallef, Obama qal li qed jittama li jkompli tissaħħaħ ir-relezzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi li għandhom storja twila ta’ ħbiberija.

Semma li fil-mument ta’ għajnuna, Malta dejjem aċċettat li ddaħħal fil-port tagħha bastimenti Amerikani.

Dwar il-kriżi ekonomika li ħakmet bosta pajjiżi, Obama faħħar l-ekonomija Maltija li baqgħet b’saħħitha. Għamel ukoll referenza għall-pożizzjoni li ħa l-Prim Ministru Joseph Muscat dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni f’minoranza. 

Dwar l-immigrazzjoni, il-President Amerikan qal li pajjiżu se jkompli jaħdem biex jgħin lil Malta tiġġieled il-problema tal-immigrazzjoni irregolari.

L-ambaxxatriċi Maltija Marisa Micallef ppreżentat il-kredenzjali tagħha lill-President Amerikan Barack Obama fil-White House.  

Micallef hi l-ewwel ambaxxatur mara ta’ Malta fl-Istati Uniti.