Barack Obama jżur l-Indja

Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama jinsab fi New Delhi fl-Indja fejn attenda għas-66 anniversarju mir-Repubblika Indjana.
Obama jinsab akkumpanjat minn martu Michelle u f’Rajpath kien hemm jistennewh mal-100,000 persuna u l-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi.
Id-diskussjoni bejn iż-żewġ mexxejja kienet dwar l-għajnuna li qed tingħata mill-Istati Uniti u l-bejgħ tal-armi.
L-Istati Uniti mistennija li jsiru l-fornitur ewlieni tal-Indja tal-armi flok ir-Russja.
Il-White House iqisu l-Indja bħala pajjiż importanti biex jibbilanċja liċ-Ċina fl-Ażja. 
Wara l-laqgħa ma' Modi, Obama mar għal żjara qasira fl-Għarabja Sawdija.