Barack Obama jipproponi żieda fil-paga minima: minn €4 għal €6

Il-President tal-Istati Uniti Brack Obama qal li biex tkun tista’ tikber l-ekonomija tal-pajjiż, u tissaħħaħ il-klassi medja, qed jipproponi li l-paga minima fis-siegħa togħla minn €3.88ċenteżmu għal €6.60ċenteżmu.

Barack Obama qed jerġa’ jdaħħal il-kunċett tal-ħolma Amerikana: ħelsien, ugwaljanza u xogħol.

Qal li fil-pajjiż l-iktar sinjur fid-dinja, ebda ħaddiem full-time m’għandu jgħix fil-faqar.

Biex jiġġilied il-problema tal-qgħad, Obama nieda l-proġett “Fix it First”, proġett li se jikkonċentra fuq ir-restawr u l-manutenzjoni ta’ bini fl-Istati Uniti fosthom: pontijiet, skejjel u portijiet fost l-oħrajn.