Barack Obama jħeġġeġ liż-żgħażagħ Ingliżi biex ma jibżgħux mill-bidla

Waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra, il-President Amerikan Barack Obama ltaqa’ ma’ grupp ta’ madwar 500 żagħżugħ u żagħżugħa f’Londra.
Fil-messaġġ tiegħu, il-President Amerikan appella liż-żgħażagħ Ingliżi biex ma jibżgħux jitħalltu ma’ persuni barranin u biex ma jaqgħux fi preġudizzji xenofobiċi.
Fuq l-istess tema li tkellem dwarha lbieraħ, Barack Obama ħeġġeġ lill-Ingliżi biex ma jibqgħux iżolati u fakkar li għandhom ikunu ż-żgħażagħ li jaffrontaw b’kuraġġ il-kultura tal-bidla.
Dan il-messaġġ jikkumplimenta bil-kbir mal-pressjoni li l-Istati Uniti qed tagħmel fuq l-Ingliżi biex jivvutaw favur li r-Renju Unit jibqa’ membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.