Barack Obama favur stat Palestinjan

Il-President Amerikan Barack Obama, qal li l-Istati Uniti se tagħmel minn kollox biex il-Palestina ssir stat indipendenti.

Hu qal dan waqt żjara li għamel fit-territorju Palestinjan, wara li ltaqa mal-mexxej Mahmoud Abbas. Din hija l-ewwel darba li l-President Obama qed iżur il-Palestina.

Obama sostna li huwa diffiċli ħafna li jintleħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat iżda mhux impossibli.

Hu qal li jemmen li l-Palestinjani għandhom id-dritt li jkollhom stat għalihom.

Kompla jgħid kif għalkemm hemm nuqqas ta’ qbil serju bejn iż-żewġ naħat, dan m’għandux iservi ta’ skuża biex ma jkunx hemm negozjati.