Bar Skoċċiż jagħlaq wara li kien hemm raġel bil-coronavirus ġej minn Malta

Read in English.

Bar f’Edinburgh fl-Iskozja kellu jagħlaq temporanjament wara li kellu klijent li kien infettat bil-coronavirus. Dan il-klijent kien għadu ġej minn btala f’Malta.

Dan ġie rrappurtat mill-ġurnali Skoċċiżi.

Victoria Bar fiż-żona Leith fil-belt kapitali tal-Iskozja kellu jagħlaq il-bibien tiegħu b’mod temporanju wara li l-klijent infurmahom li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Huwa mifhum li l-klijent ħa l-virus waqt li kien f’Malta għal vaganza. Huwa kien fil-bar nhar il-Ġimgħa waranofsinhar, u mbagħad beda jesperjenza s-sintomi fi tmiem il-ġimgħa.

Il-bar huwa magħluq sal-21 t’Awwissu. L-impjegati li kienu xogħol meta mar dan il-klijent iridu jagħmlu kwarantina għal 14-il jum.

Illum tħabbar li minn nhar l-Erbgħa li ġej, f’Malta se jagħlqu l-bars u d-diskoteki. Dawk il-bars u l-każini li jservu ikel ukoll se jitħallew joperaw biss fuq din il-kundizzjoni, li ma jservux biss xorb alkoħoliku.

Malta issa qabżet it-total ta’ 600 każ attiv.