Il-mudella Iżraeljana Bar Refaeli, li rajniha wkoll tippreżenta l-Eurovision Song Contest tas-sena l-oħra, saret omm għat-tielet darba. Hi ħabbret dan fuq l-Instagram tagħha hekk kif tellgħet ritratt mill-kamra tal-isptar li tinsab fiha.

Refaeli hija miżżewwġa lil Adi Ezra u ċ-ċkejken li twieled fit-18 ta’ Jannar huwa t-tielet wild tagħhom. Inċidentalment it-tarbija twieldet jum qabel għeluq snin ir-raġel tal-mudella.
Refaeli, magħrufa wkoll li għal żmien twil kellha relazzjoni mal-attur Leonardo di Caprio, diġà hija omm ta’ Liv u Elle iżda s’issa ma ħabbritx x’se jkunu qed isemmu lit-tifel il-ġdid tagħhom.