Baqgħalek sa għada biex tiġbor id-dokument tal-vot …

Għada hu l-aħħar jum li fih jista’ isir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali fil-Belt u fir-Rabat Għawdex.

Kull persuna li trid tiġbor id-dokument trid tmur hi personalment u tieħu l-kartà tal-identità.

L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop. Iżda, għall-votanti tal-Unjoni Ewropea, li mhumiex Maltin, għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, id-Dokument tar-Residenza jkun aċċettat.

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri faċilitajiet apposta biex il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju. L-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex.

Ritratt: Daniel Balzan