Baqa’ dieħel bil-mutur f’żewġ vetturi fix-Xlendi

Żagħżugħ ta' 18-il sena mix-Xewkija, li kien qed isuq mutur ġarrab xi ġrieħi wara li baqa' dieħel f'żewġ vetturi fix-Xlendi.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Pjazza Lanfori fix-Xlendi, fejn hemm il-parkeġġ ewlieni.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fejn irriżulta li ġarrab ġrieħi ħfief. 

Ritratt: Media Police