Jerġgħu jitpoġġew il-banners ‘Mafia State’ li tneħħew mill-Pulizija

Żewġ strixxuni fid-daħla tal-Belt Valletta, li qed isejħu lil Malta bħala stat mafjuż, tneħħew mill-Pulizija llum waranofsinhar. Madanakollu reġgħu tpoġġew waqt id-demostrazzjoni. 
Mhix magħrufa r-raġuni għaliex dawn tneħħew, b’avukati li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt jgħidu li dak li għamlu l-Pulizija hu illegali.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li dawn tneħħew probabbilment minħabba ‘kliem dispreġġjattiv’. Madanakollu aktar dettalji jistgħu jiġu mwieġba b’imejl.
Fuq il-mezzi soċjali ħafna qed jiddiskrivu dan l-aġir min-naħa tal-Pulizija, bħala eżempju ieħor ta' istituzzjonijiet falluti u prova ċara li f'Malta ma teżistix il-libertà tal-espressjoni.
Fil-Belt Valletta, illum waranofsinhar se ssir demostrazzjoni nazzjonali biex titlob għall-ġustizzja dwar l-assissinju ta' Daphne Caruana Galizia.