Banner b’domandi provokattivi għall-awtoritajiet Maltin fil-Belt

Paul Caruana Galizia, iben il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia tella’ ritratt fuq Twitter b’sinjal ġdid mweħħel ma’ gallariji fi Triq il-Forn l-Antik, fil-Belt Valletta.
Is-sinjal il-ġdid bi tliet mistoqsijiet, jibda billi jistaqsi lill-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, għalfejn iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi għadhom ma’ ġewx arrestati.
It-tieni mistoqsija direzzjonata lill-Prim Ministru Joseph Muscat, tistaqsi għalfejn martu, Michelle Muscat mhix qed tiġi investigata mill-Pulizija.
L-aħħar mistoqsija tirreferi għall-assassinju tal-ġurnalista fejn tistaqsi min kien li qatilha minħabba li għamlet propju dawn id-domandi.
Iben Daphne Caruana Galizia f’messaġġ indirizzat lill-profil ta’ Twitter tal-Gvern, @MaltaGov, qal li qed jistenna sabiex jara kemm se jdum il-Gvern biex ineħħi dan is-sinjal ġdid mill-pubbliku.
Fl-aħħar xhur, numru ta’ banners b’messaġġi differenti direzzjonati għall-awtoritajiet, wara l-qtil brutali tal-ġurnalista, ittellgħu madwar Malta u Għawdex. Madanakollu bosta minnhom tneħħew wara azzjonijiet immeddjati mill-awtoritajiet.

https://platform.twitter.com/widgets.js