Bankiera mill-BOV jgħinu lis-sorijiet ta’ Ħal Tarxien

Fondi miġbura minn impjegati tal-Bank of Valletta ġew ippreżentati lis-Sisters of Charity ta’ Ħal-Tarxien biex tiġi rrinovata s-sala għall-konferenzi li sfat meqruda min-nirien aktar kmieni din il-ġimgħa.
Fost l-oħrajn in-nirien qerdu apparat awdjo-viżiv, għamara u materjal ieħor fis-sala tal-konferenzi li hija użata ħafna mill-fondazzjoni kif ukoll minn għaqdiet u organizzazzjonijiet oħrajn mingħajr ħlas.
Kenneth Micallef, Kap tal-uffiċċju tas-CEO fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta donazzjoni f’isem l-impjegati tal-bank lil Sr Salvina Bezzina, is-Superjura Provinċjali tas-Sisters of Charity.
Spjega li kull xahar, għadd kbir ta' impjegati tal-BOV jagħtu donazzjoni żgħira mill-paga tagħhom għall-karità u li mbagħad jiġu ppreżentati lil organizzazzjonijiet li jkunu jeħtieġu l-għajnuna.
Kull min jixtieq jgħin b’mod finanzjarju jista’ jagħti jmur direttament fil-kunvent tas-Sorijiet tal-Karità Santa Giovanna Antide f'152, Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien jew permezz tal-kontijiet bankarji:
Bank of Valletta, isem tal-kont Sisters of Charity – IBAN MT07VALL22013000000040017426323
HSBC bl-isem ta' Sisters of Charity – IBAN MT72MMEB44130000000013075510051