Bank Taljan bl-agħar riżultati mill-BĊE

Erbgħa u għoxrin bank ewropew falla mill-eżami ta’ valutazzjoni komprensiva mill-Bank Ċentrali Ewropew. 
Il-banek issa għandhom disa’ xhur sabiex iġibu fuq saqajhom il-finanzi tagħhom.  Jekk dan ma jsirx, hemm ir-riskju li jingħalqu.  
14 minn dawn il-banek, huma fiz-zona ewro.
F’Ottubru tas-sena li għaddiet, ingħata bidu għal evalwazzjoni biex jiġi stabbilit jekk 123 bank fl-Unjoni Ewropea, jinsabux f’pożizzjoni li jgħaddu minn kriżi finanzjarja oħra. 
Fost dawk li m’għaddewx minn din il-valutazzjoni hemm 4 banek Taljani, 2 Griegi u 2 Belġjani.
Il-bank Taljan, Monte dei Paschi kiseb l-agħar riżultat b’defiċit ta’ aktar minn żewġ biljun ewro.