Bands lokali se jiddebuttaw fil-Music & Steel Festival

Fit-30 ta' Marzu li ġej, fl-eks Ship Building tal-Marsa se jittella' l-Music & Steel Festival.
Id-dettalji ta' dan il-festival ingħataw illum mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona.
Dan il-festival se jkun bla ħlas u se jieħdu sehem fih dawn il-bands lokali: The New Victorians, The Crowns, Red Electrik, The Riffs, Airport Impressions u Tribali.
Il-Music & Steel Festival qed jiġi organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u jagħmel parti mis-60 attività li qed jiġu organizzati b’rabta maċ-ċelebrazzjonjiet li jimmarkaw erba’ anniversarji li Malta ser tkun qed tiċċelebra din is-sena.