BandaStorja…. Dan xi jkun?

BandaStorja, proġett fil-komunità tal-Kottonera, iżda dan xi jkun?
BandaStorja hu proġett ta' tkattir mużikali, bejn il-Filarmonika Sagra Familja Kalkara, flimkien mas-Soċjetà Mużikali San Ġorġ f'Bormla.
Il-Proġett twettaq miż-żgħażagħ għat-tfal tal-iskejjel primarji tal-lokalitajiet rispettivi tal-għaqdiet mużikali li ħadu sehem fihom.
L-iskop hu li tfal ta' bejn il-ħames u l-għaxar snin jiġu esposti għar-rakkont permezz tal-mużika. It-tfal ikollhom l-opportunità jaraw u jagħmlu konnessjoni bejn l-istorja li qed tingħad min-narratur u l-mużika li qed tindaqq mill-banda.