Banda Maltija għall-ewwel darba fil-Karnival tal-Fjuri fi Sqallija

Il-Big Friends Guggen Musik Band Malta ħabbret li se tieħu sehem fil-Karnival tal-Fjuri f’Acireale fi Sqallija.
Fi stqarrija l-banda qalet li se tipparteċipa f’dan il-karnival bejn  it-28 ta’ April u t-2 ta’ Mejju ser tkun Acireale fi Sqallija fejn  tieħu sehem fil-karnival tal-fjuri li jiġi organizzat f’dak il-pajjiz.
Il-banda żiedet tgħid li hi se tkun l-ewwel banda Maltija li se tipparteċipa f’dan il-karnival.
Għal din l-okkazzjoni l-Big Friends Guggen Band ser tkun magħmula minn 40 mużiċist.
Preżentament il-banda qed tagħmel il-preparamenti għal din l-okkazzjoni b’arranġamenti ta’ muzika u korografija adattata.