Band żagħżugħa bl-ewwel album tagħha

Il-band żagħżugħa  Relikc ħabbret li ħarġet l-ewwel diska mill-album tagħha The Code of Antics.
Strut (Papa's Got The Cash) hi l-ewwel diska oriġinali ta' Relikc minn dan l-album.
Flimkien ma’ din id-diska, Relikc ħarġet ukoll il-filmat mużikali tagħha.
Il-filmat, li hu kompletament animat, jippreżenta kelb tar-razza Corgi bħala l-protagonist li jagħmel minn kollox biex jimpressjona lill-fjamma tiegħu.
L-għeruq ta’ Relikc imorru lura ghaż-żmien meta l-membri tal-band kienu għadhom l-iskola sekondarja. Wara li daqqew flimkien f’diversi bands u line-ups oħra, il-membri fundaturi ngħaqdu formalment bħala Relikc fl-2007.
Tard fl-2016, il-membri tal-band daħlu f'perjodu intensiv ta’ kitba tad-diski u esploraw l-għeruq tagħhom tal-funk, soul u pop, bl-iskop li jiġi miktub l-album debuttanti tal-band.
Kull min hu interessat li jattendi għat-tnedija ta’ dan l-album, li se ssir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju, jista’ jixtri l-biljetti minn hawnhekk.
Ritratt: Relikc