Filmat: Band mużikali mgħarrqa minn tsunami waqt kunċert

Membri ta’ Grupp Mużikali Indoneżjan mietu u oħrajn għadhom mitlufa l-baħar meta nġarrew mill-mewġ ta’ tsunami li laqat l-gżejjer Indoneżjani lbieraħ.

It-tsunami li kien kkawżat mill-Vulkan Krakatoa s’issa ħalla 168 vittma. Tal-inqas 745 jinsabu midruba u 30 oħra mitlufa wara l-mewġ kbir għarraq il-gżejjer.

Filmati fuq il-media soċjali juru l-Grupp 17 jagħmlu kunċert taħt tinda fil-bajja ta’ Tan-jung Le-sung waqt li għexieren ta’ persuni kienu bilqiegħda mdawrin ma’ mejda jisimgħu l-mużika.

Hekk kif il-grupp kien idoqq, l-istage mtela bl-ilma bil-konsegwenza li tefa’ lill-membri tal-grupp u l-apparat tagħhom fuq n-nies.

Il-Grupp ħareġ stqarrija li tgħid li l-kitarrista M. Awal Purbani u l-maniġer Oki Wijaya nstabu mejta, waqt li l-membri l-oħra għadhom mitlufa inkluża l-mara tal-kantant Ifan.