Band Maltija tappella għall-għajnuna

Cryptic Street, band lokali Maltija qed iddur lejn il-fans tagħha sabiex tiġbor biżżejjed fondi u terġa’ tixtri l-apparat li nsterqilha.

Il-band hija magħmula minn erba’ tfajliet u mill-garaxx tagħhom f’Birkirkara serqulhom mas-€6,000 f’apparat tal-mużika.

Kawża ta’ dan, il-band ma tistax tkompli bil-pjanijiet tagħha minħabba li kellha tikkanċella kollox.

Il-membri tal-band stqarrew l-apprezzament tagħhom lejn kull min jista’ jagħti xi tip ta’ għajnuna. Huma qalu li jekk hemm min għandu xi informazzjoni dwar min seta’ seraq l-apparat, għandu jinforma lill-Pulizija mill-aktar fis possibbli.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tista tgħin lil Cryptic Street, żur il-websajt ta’ ZAAR.