Ban Ki Moon jappella għal aktar donazzjonijiet lejn is-Somalja

Waqt żjara f’Mogadishu fis-Somalja, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Ban Ki Moon għamel appell biex l-entitajiet u persuni li jagħtu donazzjonijiet lill-persuni foqra fis-Somalja iżidu l-kontribuzzjonijiet li qed jagħtu.
Ban Ki Moon qal li dan huwa meħtieġa biex ma jkunx hemm nuqqas kbir ta’ ikel fil-pajjiż u aktar persuni jmutu minħabba l-ġuħ.
L-aħħar żjara li Ban Ki Moon għamel fis-Somalja kienet tliet snin ilu meta dan il-pajjiż Afrikan kien spiċċa bla ikel.
Waqt iż-żjara fis-Somalja, Ban Ki Moon jinsab akkumpanjat mill-President tal-Bank Dinji, Jim Yong Kim.