Waħda miż-żewġ siġriet issib postha wara l-Knisja

Balzan-tree-replanted

Read in English.

F’post imtella’ fuq is-sit soċjali Facebook, is-Sindku ta’ Ħal-Balzan, Ian Spiteri, poġġa ritratt tas-siġra li nqalgħet iktar kmieni din il-ġimgħa minn Triq il-Wied u issa tħawlet wara l-knisja parrokkjali ta’ Ħal-Balzan.

Spiteri b’tonn kemm xejn irritat qal li din kienet ir-risposta lil dawk kollha li kienu qed jiddubitaw dwar x’se jiġri mis-siġar.

Ir-residenti kienu għaddew il-pjanti tal-proġett infrastrutturali lill-midja wara li talbiet tagħhom baqgħu bla risposta.

S’issa għadu mhux magħruf x’sar mit-tieni siġra.