​Balzan lura għar-rebħ

Mill-kampjonat Premier tal-Futsal, Balzan jikkonsolidaw it-tielet post wara r-rebħa ta’ 6-3 kontra Valletta.
Balzan riedu din ir-rebħa biex jinsew it-telfa xokkanti li kellhom kontra Ħamrun u jrażżnu lill-Beltin milli joqorbu lejhom fil-klassifika.
Balzan fetħu l-iskor permezz ta’ Carl Azzopardi u Valletta rrispondew permezz ta’ Denis Di Maio.
Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima ġew skurjati żewġ gowls f’qasir żmien, wieħed minn kull naħa.
Valletta rduppjaw l-iskor permezz tal-captain Xavier Saliba u l-plejer kowċ Boicho Marev ġab id-dro għal Balzan.
Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima, reġa’ kien Boicho Marev li poġġa lil Balzaniżi għal darb’oħra fil-vantaġġ.
Balzan komplew ikabbru l-vantaġġ permezz ta’ Glenn Bonello.
Valletta naqsu d-distakk li kellhom permezz ta’ Alan Borg.
Finalment Balzan urew determinazzjoni kbira u aċċertaw din ir-rebħa b’żewġ gowls oħra skurjati minn Frane Despotovic u Marco Conti.
Intant illum fil-Padiljun Sportiv ikollna żewġ logħbiet mill-ewwel diviżjoni, fejn Siggiewi jilagħbu kontra Naxxar u Lija jilagħbu kontra Luqa.
Il-kampjonat premier ikompli l-Ħamis fejn Mosta jilagħbu kontra Zebbug u Luxol kontra Swieqi.
Il-Ġimgħa jkollna żewġ konfronti oħra interessanti, dak ta’ Balzan kontra Gzira u Hamrun kontra Valletta.