Balzan jiksbu post fl-Europa League hekk kif rebħu l-FA Trophy

FB: Balzan-FV-Supporters-Club

Il-logħba mill-finali tal-FA Trophy bdiet b’Bonello, Pena Beltre’, Caruana (C), S.Borg, Saleh, J.Borg, Malano, Muscat, Fontanella, Nwoko, Naljevic għall-Belt u għal Balzan bdew b’Mintoff, Kosoric, Sljivic, Pisani, Bezzina (C), Fenech, Effiong, Ljubomirac, Bozovic, Fior Mendes u Correa.

Balzan bdew il-logħba u mill-ewwel kienu perikolużi biex umbad il-logħba ikkalmat u kienet xi ftit jew wisq ibbilanċjata. Biex umbad għal żball ta’ Muscat, jirrispondi Effiong u ma jfallix l-opportunità biex Balzan imorru fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti. Biex umbad lejn tmiem l-ewwel taqsim, jġib il-gowl tad-draw Pena Beltre’. Tliet minuti biss mill-gowl tad-draw, Balzan reġgħu marru fuq quddiem grazzi għal gowl minn Effiong.

Fit-tieni taqsima, kien il-gowl ta’ Pena Beltre’ 20 minuta qabel tmiem il-partita, li daħħal lil Belt fil-logħba mill-ġdid u b’hekk il-logħba għaddiet għal nofs siegħa logħob żejda. Effiong skurja t-tielet gowl tiegħu tal-logħba għal Balzan biex poġġa lil Balzan fuq quddiem mill-ġdid ħames minuti biss mill-ħin barrani. Effiong jerġa’ jagħmilha hekk kif jiskurja r-raba’ gowl tiegħu tal-partita biex b’hekk Balzan imorru b’żewġ gowls minn quddiem. Il-Belt rebħu penalty fit-tieni taqsima tal-ħin barrani, biex Fontanella skurja u reġġa’ lura t-tagħma għall-Beltin. Ftit tal-minuti wara, Gavrilla jirritalja għal fawl li sar fuqu u b’hekk ir-referee keċċih. Ftit biss tas-sekondi wara, Muscat jagħmel il-gowl tad-draw, hekk kif b’daqqa’ ta’ ras, il-ballun jaħbat mal-minduda u jibqa’ dieħel fix-xibka.
B’hekk il-logħba ġiet deċiża permezz tal-penalties. Kienu l-Belt li bdew bl-ewwel penaltie mogħti minn Malano li ma jfallix. Kosoric ta’ Balzan ma jfallix ukoll. Għall-Belt falla t-tieni penalty tal-Belt, Pulis. It-tieni penalty ta’ Balzan skurjah Sljivic. Fontanella jiskurja t-tielet penalty, hekk ukoll jagħmel Bonerach għal Balzan. J.Borg jiskurja r-raba’ penalty għall-Belt bi żbrixx. Balzan ma jfallux milli jiskurjaw ir-raba’ penalty tagħhom, biex Muscat jiskurja l-ħames penalty għall-Belt. Il-ħames penalty għal-Balzan jiskurjah Effiong biex b’hekk Balzan jirbħu t-tazza wara logħba missielta.

Valletta kienu qed ifittxu li jirbħu din il-logħba biex b’hekk jiksbu d-doppjetta għat-tieni sena tagħhom filwaqt li jirbħu dan it-tofew għall-15-il darba. Min-naħa l-oħra Balzan, li l-aħħar li rnexxielhom jagħmluha fil-finali tal-FA Trophy kien tliet snin ilu, kienu qed ifittxu li jirbħu l-finali biex jiksbu posthom fl-Europa League s-sena d-dieħla.