Balzan Futsal rebbieħa tas-Super Cup

Għal din is-sena Balzan reġgħu fetħu l-vetrina tagħhom billi rebħu s-Super Cup minn fuq Hibernians.

Balzan mill-ewwel kienu dominanti u skurjaw żewġ gowls kmieni fil-partita permezz ta’ Emil Raducu u Nicola delre.   Hibernians skurjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Xavier Saliba.  Minn hawn Hibernians ippruvaw ħafna sabiex iġibu l-iskor indaqs imma l-gowl baqa’ ma wasalx.

Fit-tieni taqsima Balzan komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u baqgħu għaddejin bit-tranżizzjoni pożittiva tagħhom.  Jovica Milijic, Marc areny Albert u Glenn Bonello bil-gowls tagħhom issiġillaw din ir-rebħa bl-iskor finali ta’ 5-1.

In-nervożiżmu kien għoli f’diversi waqtiet tal-logħba u ż-żewġ timijiet spiċċaw l-aħħar żewġ minuti bi plejer inqas.  Fil-fatt Levan Kobaidze ta’ Hibernians u Marc Areny Albert ta’ Balzan tkeċċew meta rċevew it-tieni karta safra tagħhom.

Wara t-tisfira finali, Balzan ġew ippremjati bis-Super Cup fost l-għajjat ta’ ferħ tal-plejers, kumitat u partitarji Balzaniżi li kienu preżenti fil-Padiljun ta’ Kordin.