​Balzan FC għat-tielet darba fil-UEFA Futsal Cup

Iċ-Ċampjins lokali tal-Futsal Balzan FC fil-jiem li ġejjien se jkunu qegħdin jikkompetu fl-edizzjoni tal-istaġun 2014/15 tal-UEFA Futsal Cup. 
Din se tkun it-tielet darba li team immexxi mill-President Mario Vella se jkun qed jirrapreżenta lil Malta f'din il-kompetizzjoni tal-UEFA.
Għalkemm Balzan rebħu biss darbtejn il-kampjonat lokali tal-Futsal huma pparteċipaw darba oħra fil-passat f'din il-kompetizzjoni.
Din is-sena Balzan ġiethom polza diffiċli hekk kif ittellgħu fi Grupp F li hu kompost minn tliet timijiet li huma Balzan FC, MNK Alumnus Ċampjins tal-Kroazja u Kopenhavn Futsal Ċampjins Daniżi.
F'konferenza stampa, it-Tim Maniġer ta’ Balzan Nathaniel Jones ippreżenta l-iskwadra kollha li hi komposta xejn inqas minn 7 barranin b'uħud minnhom li inġiebu f'Malta apposta għal dawn l-aħħar ġimgħat għat-taħriġ sabiex ikunu ntegrati sew fit-tim qabel il-parteċipazzjoni tal-UEFA Futsal Cup.
Jones spjega li l-President tal-Club Mario Vella flimkien mal-plejer kowċ Gabriel Dobre ħadmu fuq ammont ta' akkwisti ġodda speċifikament għal dan l-impenn f'din il-kompetizzjoni prestiġġjuża tal-UEFA.
Il-Players ġodda li ġew akkwistati huma:  
–       Tony Luliu Safar: ex player tat-team Nazzjonali Rumen u l-istaġun li għadda lagħab fil-kampjonat Ungeriż.
–       Adrian Panzaru ex player tat-team Nazzjonali Rumen u jilgħab fil-kampjonat Rumen.
–       Mark Zammit akkwist minn Hiberians FC
–       Matthew Attard minn Hiberians
–       Carl Azzopardi minn Pembroke 
–       Eslam Khalifa li reġa' ngħaqad ma’ Balzan wara nuqqas ta’ tliet snin.
Mill-istaġun li għadda ħallew it-team Jovica Milijic, Christian Wismayer, Rennie Tanti, u l-goalkeeper Reuben Grech.
B’kollox l-iskwadra kollha hi komposta minn 18–il plejer li kollha se jkunu parti mil-kontinġent li se jmur Zagreb iżda l-iskwadra finali se tkun finalment komposta minn 14–il plejer.
L-ewwel logħba ta’ Balzan hi skedata għal nhar l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu kontra MNK Alumnus u l-għada l-Ħamis 28 ta’ Awwssu kontra  Kobanhavn, biż-żewġ logħbiet jintlagħbu fit-8pm.