​Balotelli lura fl-iskwadra Taljana

Mario Balotelli rritorna fit-tim nazzjonali Taljan wara assenza ta’ 4 snin.
Roberto Mancini, l-eks kowċ ta’ Balotelli meta dan kien ma’ Manchester City u Inter, iddeċieda li jsejjaħlu lura fit-tim nazzjonali wara li Gian Piero Ventura u Antonio Conte għażlu li jħalluh barra minn kull kompetizzjoni internazzjonali.
Balotelli ċċelebra r-ritorn tiegħu b’gowl kontra l-Arabja Sawdita f’partita ta’ ħbiberija li l-Italja rebħet bl-iskor ta’ 2-1.
L-attakkant ta’ 27 sena għadu kemm temm esperjenza ta’ sentejn ma’ Nizza f’Ligue 1 u skont l-aġent tiegħu Mino Raiola, bosta klabbs huma interessati fil-plejer.
Balotelli ddedika l-gowl lil Davide Astori li nstab mejjet f’Marzu l-għadda ftit sigħat qabel il-logħba tas-Serie A bejn Fiorentina u Udinese.