Mario Balotelli skurja l-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A wara 1,468 ġurnata. Iżda t-tim avversasarju, Napoli żammew sod biex ħarġu rebbieħa ġewwa l-grawnd San Paolo.
Dries Mertens fetaħ l-iskor bir-raba’ gowl personali mindu beda l-league, qabel ma Kostas Manolas sab ix-xibka secondi qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Balotelli rritorna lura l-Italja biex ingħaqad mat-tim ta’ fejn twiele, Brescia. Akar kmieni hu ffirma kuntratt ta’ tliet snin.
Permezz ta’ dan ir-riżultat Napoli komplew saħħew il-pożizzjoni tagħhom fir-raba’ post, filwaqt li Brescia baqgħu fl-14-il post.