Balotelli xxutja ballun lejn il-partitarji u hedded li jitlaq mill-grawnd

Mario Balotelli xxuttja l-ballun lejn il-partitarji u hedded li joħroġ mill-grawnd wara li l-partitarji għaddew kummenti razzisti waqt il-logħba bejn Brescia u Hellas Verona.

Ir-referee Maurizio Mariani ssospenda l-logħob wara li Balotelli li għandu 29 sena ġabar il-ballun u xxutjah lejn il-partitarji.

Sħabu ta’ Brescia u l-uffiċjali pperswadewh biex jibqa’ fil-grawnd. Il-partitarji ġew imwissija li jekk jerġa jkun hemm kliem abbużiv, il-logħba kienet se tiġi abbandunata.

Balotelli spiċċa lagħab logħba sħiħa u skurja gowl sublimi fil-85 minuta, iżda ma rnexxilhomx isibu l-gowl tad-draw.