Balotelli b’żewġ gowls f’għaxar minuti

Mario Balotelli skorja żewġ gowls fil-logħba li ntlagħbet ilbieraħ bejn Nizza u Caen.
Nizza ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1 u issa jinsabu fis-sitt post ta’ Ligue 1 b’ 54 punt.  
L-eks plejer ta’ Milan u Liverpool mistenni jħalli lit-tim Franċiż minħabba li l-kuntratt tiegħu wasal fi tmiemu u mhux se jiġġedded.
Għal darb’oħra Balotelli kellu staġun pożittiv fi Franza hekk kif irnexxilu jsib ix-xibka għal 18-il darba fil-kampjonat domestiku.
Xnihat persistenti fl-Italja qed jindikaw li Balotelli jista’ jerġa’ lura fis-Serie A iżda teżisti ukoll il-possibilità li hu jingħaqad ma’ Borussia Dortmund jekk il-kowċ attwali tiegħu Lucien Favre jissieħeb mal-klabb Ġermaniż.