Ballerina titlef saqajha fi splużjoni

Ballerina Amerikana ta’ 22 sena tilfet saqajha t-tnejn fi splużjoni fuq dgħajsa fil-Baħamas. L-isplużjoni ħalliet persuna oħra mejta. Iżda Stefanie Schaffer tinsab f’koma, u għaldaqstant mhix konxja ta’ dak li ġralha.

Fuq id-dgħajsa, kien hemm koppja Amerikana li kienet qed tiċċelebra l-anniversarju miż-żwieġ, seba’ turisti oħra u żewġ gwidi mill-Baħamas stess. Għadu mhux magħruf x’ikkawża l-isplużjoni.