Ballando con le Stelle jittardja b’ġimgħa minħabba fil-coronavirus

Ritratt: Facebook/BallandoConLeStelle

Tibdil fl-iskeda tal-istazzjon Taljan Rai Uno wara li konkorrent u żeffien fl-edizzjoni l-ġdid rriżultaw pożittiv għal-coronavirus. Dawn kienu iż-żeffien Samuel Peron u l-konkorrent Daniele Scardina.

Minħabba f’hekk dawk kollha involuti f’din il-produzzjoni kellhom jagħmlu l-iswabbing u kienet propju l-produttriċi u preżentatriċi Milly Carlucci li ħabbret li kulħadd irriżulta fin-negattiv. B’hekk issa jista’ jkompli t-taħriġ ta’ bejn il-ballerini professjonali u l-parteċipanti għall-edizzjoni li jmiss ta’ dan il-programm spettakolari li jiġbed eluf ta’ telespettaturi.

Madanakollu issa se jkun hemm tibdil fl-iskeda tal-istazzjon Rai Uno u minflok s-Sibt 12 ta’ Settembru, il-15-il edizzjoni ta’ Ballando con le Stelle issa se jibda s-Sibt 19 ta’ Settembru.

Dan il-varjetà tas-Sibt filgħaxija kellu jkun qed jikkompeti fl-istess ħin tal-istaġun il-ġdid ta’ Tú sí que vales li jixxandar fuq Canale 5. Dan il-programm se jkun qed jixxandar kfi previst mis-Sibt 12 ta’ Settembru.