Ball-boy jaqsam qlub in-nies ġewwa l-Etihad Stadium

Ball-boy ġewwa l-grawnd ta’ Etihad qasam qlub in-nies li kienu qed jaraw il-logħba wara li għamel żball f’nofs logħba. Ir-referee kellu jagħti drop-all minħabba dan l-iżball.

Manchester City rebħu bl-iskor ta’ 2-0 kontra West Ham.

Il-ballun li ta’ l-attakkant ta’ City Sergio Aguero kien għadu ma marx kompletament barra mil-linja. Iżda dan it-tifel ġera kemm felaħ biex ħa l-ballun u għaddieh lura lejn il-gowler ta’ West Ham Lukasz Fabianski.

Ir-referee Kevin Friend ma kellux għażla oħra ħlief li jagħti drop-ball. Huwa spiċċa jispjega lill-plejers ir-raġuni għala minħabba li huma lanqas biss kienu raw lit-tifel jintervjeni. It-tifel deher maħsud u mistħi wara li rrealizza x’kien għadu kemm għamel. Iżda membru tal-istaff ta’ City mar jiġri ħdejh u pprova jikkonslah.

Bla dubju l-membru tal-istaff spjegalu kif il-ballun kellu l-ewwel jaqbeż il-linja qabel ma seta’ jiġbru. Iżda minjaf kemm kien ilu jistenna dak il-mument fejn ikun jista’ jesegwixxi xogħolu.