Bale mhux kuntent sa barra ma’ Real

Jonathan Barnett, l-aġent ta’ Gareth Bale qal li l-plejer mhux kuntent għall-aħħar ma’ Real Madrid, iżda m’hemmx garanziji li se jkun qed jitlaq minn mall-klabb Spanjol f’Jannar li ġej.

L-attakkant ta’ Wales li għandu 30 sena rebaħ iċ-Champions League erba’ darbiet fis-sitt snin li għamel ma’ Real, iżda kien qrib li jingħaqad mat-tim Ċiniz Jiangsu Suning fis-sajf li għadda. Barnett stqarr li Bale qatt ma saqsih biex jitlaq. Spjega kif Bale għandu kuntratt ma’ Real Madrid u ladarba jidher li għadhom iriduh, m’hemmx wisq aktar xi jsir.

Bale mexa minn ma’ Tottenham għal ma’ Real f’Settembru tal-2013. Hu għen lill-klabb jirbaħ tliet Club World Cups, tliet Uefa Super Cups, La Liga, il-Copa del Rey u ċ-Champions League.