Bale l-eroj f’Kiev

bale

Żewġ gowls ta’ Gareth Bale fit-tieni taqsima u żewġ żbalji kruċjali tal-goalkeeper ta’ Liverpool Loris Karius għenu lil Real Madrid fir-rebħ tal-UEFA Champions League għat-13-il darba.
Bale beda l-logħba fuq il-bank tas-sostituti hekk kif Zinedine Zidane għażel lil Isco sabiex jibda l-finali kontra t-tim ta’ Jürgen Klopp.
Karim Benzema poġġa lil Real Madrid fil-vantaġġ wara li Karius ipprova jwaddab il-ballun fil-baxx lejn Virgil van Dijk fil-51 minuta.
Sadio Mané ġab id-draw għal-Liverpool wara biss 4 minuti iżda xutt akrobatiku ta’ Bale fl-64 minuta reġa’ poġġa lil Madrileni fuq quddiem.
Kien imbagħad żball ieħor ta’ Karius, li ma rnexxilux jilqa’ xutt b’saħtu iżda ċentrali ta’ Bale, li biddel l-iskor għal 3-1 u temm għal kollox it-tama li Liverpool jirbħu din il-kompetizzjoni għas-6 darba fl-istorja tagħhom.