Bale avviċinat minn Bayern Munich

Meta kien qed jitkellem ma’ stazzjon Spanjol, il-winger ta’ Real Madrid Gareth Bale esprima x-xewqa li jilgħab iktar mal-Merengues. 
“Nixtieq nilgħab aktar minuti sabiex nuri dak li naf. Nemmen illi hemm kompetizzjoni kbira fit-tim bħalissa iżda qed naħdem sabiex nibda aktar mal-ewwel ħdax,” qal il-plejer internazzjonali minn Wales. 
Bale, li fl-2013 sar l-iktar plejer imħallas fl-istorja meta nxtara għal €100 miljun mingħand Tottenham qabel ma nqabeż b’ċifri oħrajn minn Pogba, Dembele, Mbappe, Coutinho u Neymar, qal illi jikkonferma illi ġie avviċinat mid-diriġenti ta’ Bayern Munich sabiex jilgħab magħhom matul l-istaġun illi ġej. Minkejja kollox huwa qal illi fil-futbol kollox jista’ jiġri u kull klabb miljunarju kapaċi jħallas il-klawsola li għandu sabiex jakkwista s-servizzi tiegħu.