Balaklava u arma tan-nar f’serqa mwaqqfa fil-ħin

Balaklava u arma tan-nar kienu fost l-affarijiet misjuba waqt is-serqa li twaqqfet mill-Pulizija lbieraħ filgħodu.

Il-Pulizija rċevew telefonata għas-6.30am li kien hemm 3 persuni ġo vettura suspettuża fil-Qrendi.

Marru fuq il-post il-pulizija tad-distrett u uffiċjali mir-Rapid Intervention Unit fis-7am, fejn sabu persuna waħda ġol-vettura fl-inħawi ta’ Ħaġar Qim, li sabulha balaklava u arma tan-nar fuqha.

Dan kien raġel mill-Imqabba, li għadha ma ngħatatx iżjed informazzjoni dwaru.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.